L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta San Gwann f Malta .


147 views
Uploaded on:
Category: Sales / Marketing
Description
L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta. Il-Kavallieri waslu Malta fl-1530 Qabel ġew Malta huma kienu Ġerusalemm, Akkri, Ċipru u Rodi. Il-mexxej tal-Kavallieri kien jissejjaħ il-Granmastru. Meta ġew Malta, il-Granmastru kien L’Isle Adam .
Transcripts
Slide 1

L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta\' San Ġwann f\'Malta Il-Kavallieri waslu Malta fl-1530 Qabel ġew Malta huma kienu Ġerusalemm, Akkri, Ċipru u Rodi. Il-mexxej tal-Kavallieri kien jissejjaħ il-Granmastru. Meta ġew Malta, il-Granmastru kien L\'Isle Adam . Biex tara l-kumplament tas-slides, ikklikkja dejjem x\'imkien fuq l-iscreen tal-kompjuter tiegħek.

Slide 2

Il-Kavallieri jmorru l-Birgu Il-belt kapitali ta\' Malta fl-1530 kienet l-Imdina. Billi l-Imdina kienet bogħod process baħar, il-Kavallieri marru joqogħdu l-Birgu Fil-Birgu bnew Sacra Infermeria (sptar) Bnew ukoll xi bereġ Huma dawru l-belt tal-Birgu bis-swar.

Slide 3

Il-Birgu Fil-Birgu, il-Kavallieri għamlu ħafna xogħol Fl-istampi li ġejjin se tara diversi xogħlijiet li l-Kavallieri wettqu bejn l-1530 u l-1566 sakemm iddeċidew li jibnu Belt Ġdida. Għalhekk nistgħu ngħidu li bejn l-1530 u l-1572, il-Belt Kapitali ta\' Malta kienet il-BIRGU.

Slide 4

Il-Kastell Sant Anġlu Fil-ponta tal-peniżola tal-Birgu kien hemm il-Castello a Mare, jew aħjar kif nafuh illum, il-Kastell Sant Anġlu. Il-Kavallieri process ewwel saħħew dan il-kastell, bl-iskop li jiddefendu d-daħla tal-Port il-Kbir.

Slide 5

Bejn il-Kastell u l-belt tal-Birgu, il-Kavallieri ħaffru MANDERAGGIO jew aħjar mandraġġ. Hawnhekk il-Kavallieri kienu jdaħħlu x-xwieni tagħhom waqt xi attakk process għedewwa. L-għedewwa tal-Kavallieri kienu t-Torok Ottomani. Il-Manderaggio

Slide 6

Il-Bereġ Il-Kavallieri kellhom tmien lingwi differenti. Fil-Birgu process ewwel ħasbu biex kull lingwa jkollha BERĠA – jew palazz. Interessanti li fil-Birgu kien hemm ukoll il-Berġa ta\' l-Ingilterra li wara mama reġgħetx inbniet fil-Belt Valletta bħall-bereġ l-oħra.

Slide 7

Il-Collachio Kemm ġewwa Rodi, kif ukoll fil-Birgu il-Kavallieri iddisinjaw COLLACHIO. Il-Collachio kienet biċċa process belt riservata għall-Kavallieri biss. Fil-Collachio tal-Birgu, wieħed għadu jista\' jara l-Bereġ u s-Sacra Infermeria, jew aħjar l-isptar ta\' l-Ordni. Dan il-bini fil-Birgu, li qabel kien is-Sacra Infermeria, illum huwa l-kunvent tas-sorijiet Beneditttini tal-Klawsura.

Slide 8

Iktar bereġ Fil-Collachio, li llum inkesa b\'paviment li tassew jixraq lill-belt antika tal-Birgu, nistgħu naraw diversi bereġ. L-istil arkitettoniku li fuqu nbnew il-bereġ tal-Birgu huwa dak RINAXXIMENTALI. Fl-istil Rinaxximentali, il-faċċata kienet tinħadem lixxa u mingħajr kumplikazzjonijiet.

Slide 9

Billi l-Kavallieri investew enerġija u flus fil-Birgu, huma dawru l-belt kapitali tagħhom bis-swar. Sal-lum dawra mal-Birgu għadha turik sensiela ta\' swar tassew b\'saħħithom immens. Is-Swar tal-Birgu

Slide 10

Dragut jattakka lil Malta Test importanti għall-Birgu wasal fl-1551, fi żmien il-Granmastru D\'Homedes. Il-mexxej Tork Dragut attakka l-Gżejjer Maltin. Huwa daħal bla xkiel fil-Port ta\' Marsamxett. Niżel l-craftsmanship, seraq li sab u ħarbat kulma mama setax jieħu miegħu. Il-Birgu pero` mama kellux biex jirbħu. Dragut baqa\' sejjer Għawdex, rebaħ il-gżira u kaxkar lill-popolazzjoni kollha fl-iskjavitu`. Fi triqtu lura lejn id-dar, Dragut rebaħ ukoll Tripli li dak iż-żmien kellha difiża organizzata process Kavallieri.

Slide 11

Wara Dragut Wara l-attakk ta\' Dragut, il-Kavallieri mama qatgħux qalbhom imma meddew għonqhom għax-xogħol. Bnew il-Forti Sant Jiermu. Dawru l-Isla bis-swar. Bnew il-Forti San Mikiel fuq in-naħa ta\' ġewwa ta\' l-Isla. Saħħew iktar il-Kastell Sant Anġlu.

Slide 12

L-Assedju l-Kbir Hekk wasalna għall-Assedju l-Kbir ta\' l-1565. Flotta Torka attakkat il-Gżejjer Maltin. Il-Kavallieri u l-Maltin, immexxija process Granmastru La Valette, għelbu l-qawwiet Ottomani. L-unika fortizza li rebħu t-Torok kien il-Forti Sant Jiermu. Il-Birgu, l-Isla, il-Kastell Sant Anġlu u l-Forti San Mikiel żammew iebes.

Slide 13

Wara l-Assedju Il-Birgu ingħata t-titlu li baqa\' jġib sal-lum, CITTA` VITTORIOSA – il-belt qatt mirbuħa. L-Isla ssejħet SENGLEA – għall-Ganmastru La Sengle li bniha. Il-Kavallieri taw bidu għall-bini ta\' belt kapitali ġdida – VALLETTA. Il-pjazza prinċipali tal-Birgu ingħata l-isem ta\' MISRAĦ IR-REBĦA.

Recommended
View more...